PUBBLIKAZZJONIJIET
|
|||
KOTBA TA’ TAGĦLIM GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
1973
|
Matul is-snin
|
Merlin Library
|
2
|
1981
|
Id-Dudu
|
North Star Publications
|
3
|
1981
|
Il-Ġrajja tad-Dudu
|
North Star Publications
|
4
|
1982
|
Il-Kelb ta’ Tanja
|
North Star Publications
|
5
|
1982
|
In-Nemlu l-Għażżien
|
North Star Publications
|
6
|
1984
|
Ħalli nara x’fhimt
|
Merlin Library
|
7
|
1987
|
Kun Af
|
Merlin Library
|
8
|
1987
|
Kemm Taf
|
Merlin Library
|
9
|
1989
|
Kif tibni komponiment
|
Merlin Library
|
10
|
1990-1993
|
25 Test
|
Merlin Library
|
11
|
1994
|
Naqraw ma’ Reno u Sara
|
Merlin Library
|
12
|
1995
|
Naqraw ma’ Marjo u Liza
|
Merlin Library
|
13
|
1996
|
Naqraw ma’ Mark u Tanja
|
Merlin Library
|
14
|
1998
|
Fawwara
|
Merlin Library
|
15
|
2001
|
Mid-Djarji ta’ Stefan u Marika
|
Merlin Library
|
16
|
2002
|
Mid-Djarji ta’ Lara u Robert
|
Merlin Library
|
17
|
2004-2008
|
Il-Kliem bħaċ-ċirasa
|
Agius and Agius-AVC
|
18
|
2006
|
Trasport
|
PIN
|
DRAMA GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
1996
|
Minn Bejn il-Kwinti
|
PIN
|
STEJJER QOSRA GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
2008
|
Vapuri tal-Karti
|
Uptrend Publishing
|
FANTASIJA GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
2004
|
Ali Kali – Mammaroka
|
Merlin Library
|
2
|
2004
|
Pandolino - Galatea
|
Merlin Library
|
3
|
2008
|
Il-Prinċep u t-Trogloditi
|
Merlin Library
|
STEJJER QOSRA UMORISTIĊI GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
1971-1995-2012
|
Fra Mudest
|
Merlin Library
|
2
|
1974-1996-
|
Aktar Praspar ta’ Fra Mudest
|
Merlin Library
|
3
|
1975-1996-2012 (3 ed.miżjuda)
|
Darbtejn insiru tfal
|
Klabb Kotba Maltin
|
4
|
1977-2002-2012
|
Mill-Ħorġa ta’ Fra Mudest
|
Merlin Library
|
5
|
1995-2011
|
Mid-Dinja ta’ Fra Mudest
|
Merlin Library
|
6
|
2002
|
Pipettu
|
Klabb Kotba Maltin
|
7
|
2007
|
40 sena Fra Mudest
|
Merlin Library
|
AVVENTURA GĦAT-TFAL
|
|||
1
|
1975-1989
|
Is-Salib tad-deheb
|
Merlin Library
|
2
|
1979-1997
|
Il-Misteru ta’ San Luċjan
|
Klabb Kotba Maltin
|
3
|
1988
|
Il-Ħalliel tal-Figorini
|
Bugelli Publications
|
4
|
1999
|
Avventura f’Għar il-Kbir
|
Merlin Library
|
5
|
2000
|
Ġummienu
|
Klabb Kotba Maltin
|
6
|
2001
|
Il-Misteru tal-Maqluba
|
Klabb Kotba Maltin
|
KOTBA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
|
|||
1
|
1997
|
Klabb: L-Għaxar Anniversarju
|
Merlin Library
|
2
|
2009
|
Martina@chat.com
|
Klabb Kotba Maltin
|
3
|
2014
|
L-Ewwel
darba li ħassejtek
|
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
|
STEJJER QOSRA GĦAL KULĦADD
|
|||
1
|
1996-2014
|
Minn Tarf sa Tarf tat-Triq
|
Agius and Agius
|
2
|
2001-2010
|
Minn fuq L-Għatba
|
Klabb Kotba Maltin
|
3
|
2007
|
Mill-Gallarija
|
Klabb Kotba Maltin
|
STEJJER QOSRA GĦALL-KBAR
|
|||
1
|
1978
|
Għad-Dawl tal-Lampa
|
|
2
|
2005
|
Burraxki
|
Klabb Kotba Maltin
|
3
|
2011
|
rakkontigriżi
|
Klabb Kotba Maltin
|
RUMANZI GĦALL-KBAR
|
|||
1
|
1968
|
L-Għalqa fuq l-Għolja
|
|
2
|
1979
|
Kolin
|
|
3
|
1984
|
Stefan
|
|
4
|
1987
|
Is-Seħer tat-Tempju
|
|
5
|
1999
|
Ktieb għal Amy
|
|
6
|
2004
|
L-Appartament fir-Raba’ Sular
|
|
7
|
2010
|
Il-Ktieb ta’ Barabba
|
|
AWTOBIJOGRAFIJA
|
|||
1
|
2013
|
Jien ukoll għandi storja xi ngħid
|
Klabb Kotba Maltin
|
1
|
2013
|
Mumenti -Poeżiji
|
|
KONKORS LETTERARJI
|
|||
1962
|
Il-Qassis
tal-Ingliżi (novella)
|
Għaqda Kittieba Żgħażagħ
|
Issemmiet b’Ġieħ
|
1967-68
|
Seklu
Modern (radjudramm)
|
Rediffusion Malta
|
Issemmiet b’Tifħir
|
1970
|
L-Istrajk
(teledramm)
|
Grupp Awturi u Indesit
|
Issemma b’Tifħir
|
1979
|
Il-Bejjiegħ
tal-Karawett (novella)
|
Grupp Awturi
|
It-Tieni Premju
|
2007
|
Fittixt
lil Alla (poeżija)
|
Għaqda Poeti Maltin
|
Issemmiet b’Ġieħ
|
2009
|
Agħtih
Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem
(novella)
|
Gazzetta It-Torċa u l-Klabb Kotba Maltin
|
It-Tieni Premju
|
2009
|
Li
kieku nista’ (poeżija)
|
Gazzetta It-Torċa u l-Klabb Kotba Maltin
|
It-Tielet Premju
|
2013
|
L-Ewwel
Darba li Ħassejtek (rumanz
għall-Adolexxenti)
|
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija
Żgħażagħ
|
L-Ewwel Premju
|
PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB
|
|||
1998
|
Klabb: L-Għaxar Anniversarju
|
Kotba għat-Tfal
|
L-Ewwel Premju
|
2001
|
Ġummienu
|
Kotba għat-Tfal
|
L-Ewwel Premju
|
2004
|
L-Appartament fir-Raba’ Sular
|
Rumanzi u Stejjer Qosra
|
It-Tieni Premju
|
2006
|
Trasport
|
Proża għat-Tfal
|
It-Tieni Premju
|
2009
|
Il-Prinċep u t-Trogloditi
|
Proża għat-Tfal
|
L-Ewwel Premju
|
Saturday, 22 February 2014
Sunday, 9 February 2014
Nhar il-Ġimgħa 7 ta' Frar, kelli l-okkażjoni li nieħu sehem fil-programm EJJA NAQR' HAW fl-iskola Dorotea (Senior School) Ħaż-Żebbuġ. Kienet laqgħa mal-istudenti fejn fiha tkellimt dwar l-umoriżmu fil-kitba tiegħi b'mod partikolari Fra Mudest, Darbtejn Insiru Tfal u Pipettu kif ukoll it-trijoloġija MINN. Kienet laqgħa li tatni ħafna gost u bqajt impressjonat bl-interess ġenwin li wera n-numru sabiħ ta' studenti li attendew fuq bażi volontarja. Sirt naf aktar dwar il-programm li għaddej f'din l-iskola dwar il-qari u apprezzajt ferm ix-xogħol siewi li qed isir minn Sa Leanne Ellul u għalliema oħra kif ukoll xi studenti. Wieħed jista' jara s-sit
http://ejjanaqrhaw.wordpress.com/2014/02/09/laqgha-ma-charles-casha/
għal aktar tagħrif.
Kienet laqgħa li żgur nibqa' niftakar.
Sunday, 5 January 2014
Il-qofol tal-kitba tiegħi huma l-karattri li jiena
noħloq u nsawwar mhux biss minn dakli nara
u nosserva madwari iżda wkoll bis-saħħa tal-immaġinazzjoni.
Tista’ tgħid f’kull novella jew rumanz li ktibt, kemm għat-tfal kif ukoll
għall-adulti, il-karattri dejjem kienu l-punto di partenza għall-bini tal-plot. Anzi nżid ngħid li
dawn il-karattri donnhom li jieħdu
f’idejhom il-ġrajja, joħolqu sitwazzjonijiet ġodda u jfasslu l-plot aħħari li
ħafna drabi jara tibdil sakemm intemm
ix-xogħol fuq il-ktieb. Il-Professur Oliver Friggieri kiteb hekk
dwar il-kitba tiegħi:
Fil-kitba tiegħu Casha jħobb ikun konċiż, dirett
u b’lingwaġġ kurrenti. Irid jikkomunika mal-qarrejja u jrid li l-karattri
fil-kitbiet tiegħu jkunu reali. Dan jidher fir-rumanzi li kiteb u forsi aktar u
aktar fit-tliet kotba ta’ stejjer qosra dwar karattri ta’ żmien tfulitu “Minn
tarf sa tarf tat-triq”, “Minn fuq l-Għatba” u “Mill-Gallarija.”
Aktar tard
l-istess kirtiku kien kiteb hekk
dwar il-kitba tiegħi b’referenza
għall-istejjer fil-kiteb Burraxki
Huwa (Charles Casha) ilu Zmien twil jaghti s-sehem tieghu
lin-narrattiva billi jcsplora
sitwazzjonijiet u karattri aktarx dcjjem mehudin mid-dinja ta' zmienna.
Personaggi differenti jsawru dinja mlewna u mZewqa li fiha Casha dejjem
jirnexxilu jixhet lkaratteristika ewlenija tiegħu: ta' awtur li jzewweg il-grajja u l-kummenti. Huwa
jikteb b'rispett, kważi bi mhabba,lejn il-karattri tieghu,u jpingi l-kuntest
bid-devozzjoni ta’ 'ritrattista.
Inħobb nosserva n-nies ta’ madwari
sa l-iċken dettal fl-imġiba tagħhom u
nfittex xi ħaġa li tolqotni. Din tista tkun pożittiva jew negattiva. Hija din il-ħażna li jiena nuża meta niġi biex
infassal xi karattru ġdid għall-kitbiet
tiegħi.
Sintendi bħal kull awtur ieħor,
l-esperjenzi tiegħi għandhom effett kbir
fuq il-kitba u għalkemm mhux dejjem niżżilthom
kif tabilħaqq ġraw, jinsabu hemm
taħt xi forma jew oħra.
Rari ħafna li nibda nikteb
direttament fuq il-kompjuter u l-ewwel kitbiet isiru fuq il-paġni ta’ djarji li
qatt ma nuża għall-iskop li għalih ġew stampati. Insibhom komdi għax nista’
nġorrhom miegħi kull fejn immur u dan il-fatt jagħtini
l-opportunita biex nikteb meta nkun
xi mkien qed nistenna jew xi
mkien ieħor barra mid-dar.
Fuq dawn il-paġni nħażżeż xi ideat, infassal karattri,
nagħmel noti ta’ xi ħaġa li tolqotni u
nikteb ukoll stejjer jew kapitli
minn xi rumanz. Il-ftit poeżiji li ktibt, speċjalment f’dawn l-aħħar ftit snin ukoll
raw l-abbozzi tagħhom f’dawn id-djarji
(desk diaries).
Meta jasal il-waqt nibda nikteb fuq il-kompjuter u hawnhekk isir
tibdil, kultant sostanzjali, minn dak li nkun
ktibt oriġinarjament. U dan nieħu gost nagħmlu għax inħoss li
l-istorja jew rumanz huma ħajjin.Huwa f’dan l-istadju wkoll li l-karattri
jibdew jieħdu f’idejhom u jmexxu l-ġrajja.
Meta
nlesti l-ewwel abbozz fuq il-kompjuter, ninsieh għal ftit taż-żmien u mmur fuq
xi ħaġa oħra. Aktar tard nerġa’ narah u
nbiddel sakemm fl-aħħar nasal biex nikkuntenta bil-verżjoni li nkun se
ngħaddi lill-pubblikatur. Hawnhekk irrid nistqarr li mhux l-ewwel darba li għamilt tibdil waqt il-qari tal-provi! Imma dejjem
sibt koperazzjoni kbira kemm mill-pubblikaturi u kemm mill-qarrej tal-provi
Karl Coleiro li ilni snin naħdem miegħu
u dejjem wera interess kbir f’kull
ma ktibt.
Ma nħobbx
naħdem fuq ħaġa waħda imma nippreferi li fl-istess żmien inkun qed nikteb xi ktieb jew tnejn...u
ġieli xi ħaġa oħra wkoll. Dan jagħtini
lok li naqleb minn ħaġa għall-oħra u b’hekk
inħossni aktar frisk. Minni nħobb
inbiddel u fil-kitba m’hemmx eċċezzjoni.
Ħafna
mill-kitbiet tiegħi, rumanzi, poeżiji u novelli jafu l-bidu tagħhom waqt xi
mixja, kif nidħol biex norqod fil-għaxijiet, meta nkun qed nitkellem ma’ xi ħadd, waqt xi
ċerimonja jew okkażjoni fejn nitlef l-interess f’dak li jkun
għaddej, waqt xi laqgħa, minn xi sentenza jew frażi li
niltaqa’ magħha f’xi ktieb li nkun qed
naqra jew meta nkun ħdejn il-baħar
fis-sajf.
Bħala
eżempju nsemmi l-ktieb Il-Prinċep u t-Trogloditi li bdejt nippjanah wara li qrajt storja ċkejkna u laqtitni sentenza waħda li xprunat l-istorja kollha
tal-ktieb tista’ tgħid!
Kif
ġa semmejt aktar qabel, il-karattri
tiegħi huma bbażati fuq nies li ltqajt
magħhom jew li għext magħhom.
Sintendi żidt u naqqast xi
karatteristiċi biex ħloqt
personaġġi ġodda. U fost dawn hemm
ukoll jien li f’xi stejjer dħalt
inkiss inkiss taħt xi forma jew
oħra.
Imma
fit-tliet kotba Minn Tard sa Tarf tat-Triq, Minn fuq l-Għatba u
Mill-Gallarija, jien qiegħed hemm il-ħin
kollu għaliex f’dawn l-istejjer, jien għamilt użu mill-ambjent li trabbejt fih, fassalt karattri fuq nies li kont naf u
li kienu jaffaxinawni, ħafna drabi
bl-istramberiji tagħhom, u rrakkontajt stejjer li ġraw għalkemm
ma dan kollu hemm doża qawwija ta’ immaġinazzjoni li ħawret il-borma.
Ħaġa li
forsi tidher stramba hija li meta niġi biex nagħżel xi
isem għall-ktieb insibha xi ftit
diffiċli u rari li niddeċiedi mal-ewwel.
Xi ħadd
darba staqsieni jekk qabel ma nressaq xi ktieb għand il-pubblikatur,
ngħaddihx lil xi ħadd biex jaqrah u
jagħtini l-opinjoni tiegħu. Din hija xi ħaġa li għalkemm għandha l-importanza tagħha,
jien ma tantx inħobb nagħmilha
għax nibża’ li min jaqra dak li nkun
ktibt, jasal biex mingħajr ma jrid, jagħmlu tiegħu u jibdel jbiddel biex donnu joħloq ieħor ġdid. Madankollu ġieli għaddejt xi
xogħol lill-membri tal-familja jew xi ħbieb li fihom għandi fiduċja
kbira.
Tuesday, 31 December 2013
(L-Għeluq tal-ktieb tiegħi Jien ukoll għandi storja xi ngħid (awtobijografija) 2013)
Kont ili ntella’ u nniżżel jekk għandix nikteb dawn it-tifkiriet għax kull meta nasal biex nibda, quddiem għajnejja kienet tidher il-mistoqsija miktuba b’ittri kbar u suwed:
Kont ili ntella’ u nniżżel jekk għandix nikteb dawn it-tifkiriet għax kull meta nasal biex nibda, quddiem għajnejja kienet tidher il-mistoqsija miktuba b’ittri kbar u suwed:
“Imma din lil min se tinteressa?”
U kull darba kont nerġa’ lura u nitlaq kollox sakemm
darba waħda, waqt li kont qed naqra xi kitba dwar
l-awtobijografiji, laqtitni ħafna din is-sentenza:
Kull bniedem, hu min hu, għandu storja x’jgħid. L-importanti
hu kif se jgħidha u għaliex irid jgħidha.
U kien dan il-ħsieb li ġegħelni nibda niġbor il-materjal
biex insawwar din l-awtobijografija. Għal aktar minn darba
bdejt nistaqsi lili nnifsi:
‘X’inhu l-iskop ta’ din il-kitba? U x’għandi nikteb jew inħalli
barra?’
It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija ma kinitx diffiċli. Ġiet
weħidha. Kont żgur li l-għan ewlieni ta’ din il-kitba kien
biss li nagħmel vjaġġ lura lejn l-imgħoddi u nġedded xi ftit
minn dak li għaġinli ħajti matul is-snin li għaddew minn
fuqi. Imma barra minn hekk kien hemm ukoll ix-xewqa li
nħalli rigal-tifkira lil dawk kollha li huma qrib tiegħi, ibda
mill-familja u spiċċa fil-ħbieb u l-qarrejja tal-kotba tiegħi.
jgħidu li f’kull awtobijografija, dak li ma jinkitibx huwa
bil-wisq aktar minn dak li jinkiteb. U llum nifhem kemm dan
hu minnu. U għal dan hemm diversi raġunijiet. Għalhekk
kelli nagħmel għażla. U ddeċidejt li nikteb dwar tfuliti u
l-ambjent li trabbejt fih, il-karriera tiegħi bħala għalliem, xi għaqdiet li qattajt żgħożiti fihom u li fuqi ħallew effett kbir, xi
esperjenzi tas-safar, xi ġrajjiet, il-bidla fit-twemmin politiku
u ż-żminijiet diffiċli marbuta mal-bidu tas-snin tmenin, u
fl-aħħar nett l-imħabba tiegħi lejn il-kitba li f’ħajti tatni gost
kbir. Inħobb ngħid li f’ħajti għandi tliet familji: il-familja
tiegħi, marti, uliedi u wliedhom; il-ħbieb li għamilt matul
ħajti fuq ix-xogħol jew fl-għaqdiet u bnadi oħra; u fl-aħħar
nett il-karattri li ħloqt fil-kitbiet tiegħi li llum mhumiex ftit.
Ma kienx daqshekk faċli li nikteb dawn il-ġrajjiet marbuta
mal-politika għaliex kelli nħalli ħafna ħwejjeġ barra. L-għan
tiegħi ma kienx li noskura lil xi partit politiku jew infaħħar
lill-ieħor. Xtaqt nuri biss li l-bniedem isib ruħu f’ċirkostanzi
fejn ikollu jieħu deċiżjoni iebsa ħafna li kultant iħossu
qiegħed jittradixxi lilu nnifsu. Li tinqata’ minn rabta ta’
lealtà li tkun twelidt u trabbejt fiha, mhix ħaġa li tagħmilha
mil-lejl għan-nhar. Il-kunflitt huwa iebes, jieħu ż-żmien, u
meta tasal biex tiddeċiedi tħoss li għamilt rebħa kbira fuqek
innifsek. U dan li ġara lili. Kien proċess twil u iebes. L-istess
ġara meta ħadt sehem fl-istrajk tal-għalliema fl-1984. Kien
hemm ħafna li beżżgħuni u ppruvaw idawruni. Kien hemm
ukoll min ħadha kontrija imma, wara li għadda kollox,
ħassejtni bniedem ieħor. Wara dan kollu tgħallimt li flok ma
nintrabat b’ruħi u b’ġismi ma’ xi karru politiku, ikun aħjar
li nħaddan twemmin ideoloġiku u nimxi fuq il-prinċipji
tiegħu. In-nies jinbidlu, il-partiti jinbidlu, il-mentalità
tevolvi u l-medda tas-snin iġġib magħha ideat ġodda.
Ippermettuli nissellef isem is-sensiela ta’ kotba li
ħallielna Herbert Ganado u ngħid li jien ukoll rajt Malta
tinbidel b’mod speċjali wara l-1987.
Nittama li f’din l-awtobijografija l-qarrej sab xi ħaġa
li seta’ jidentifika ruħu magħha, ħa gost jaqraha u, bħali,
wasal għall-konklużjoni li kull bniedem għandu storja xi jgħid.
Monday, 7 October 2013
Naħseb li wasal iż-żmien li l-ismijiet tat-toroq isiru kollha tal-istess format u jitwaħħlu mal-erba' kantunieri tat-triq. Ikunu b'ittri kbar u mhux ostakolati minn xi siġra jew xi ħaġa oħra. Fl-Ingilterra f'ċerti rħula dawn jitwaħħlu fil-kantunieri fuq il-bankina u jidhru tajjeb kemm jekk tkun qed issuq jew bil-mixi. Forsi hawn Malta mhix daqshekk faċli imma żgur li xi ħaġa tista' ssir.
Sunday, 6 October 2013
Subscribe to:
Posts (Atom)

