Sunday, 1 March 2015
Tuesday, 24 February 2015
Charles Casha-Prolific writer
Charles Casha
(1943- )
Charles Casha was born in Marsa on the 21 st
September, 1943. He became a teacher by profession and served for over forty
years in the education department. His contribution, as a prolific writer, to
Maltese Literature spreads over 47 years.
Casha’s books fall into different
categories, each aimed at different ages. He explores situations and characters
taken from real life and creates characters about whom he writes with love and
respect describing them as if he were a portrait painter.
In spite of the strong demand he had for
children’s literature, he managed to publish seven novels, six books of short
stories for adults and three books for teenagers.
In 1967 he created Fra Mudest, a character
for a series of books for children. This was his greatest success.
His authobiography was published in 2013
under the title of “Jien ukoll għandi storja xi ngħid” (I too have a story to tell).
His poems are collected in two small books
“Mumenti” and “Riflessi” published in 2013 and 2014 respectively.
Casha was awarded the Midalja għall-Qadi
tar-Repubblika in 2012 for his contribution to Maltese Literature.
Casha is married to Mary neé Casingena and they have three children, Stefanja, Mark and
Kristjana.
Wednesday, 11 February 2015
Thursday, 29 January 2015
Din
il-kitba dehret fuq Facebook : 29-01-2015
Riflessjoni
żgħira fuq ir-Riflessi ta' Charles Casha.
Għadu kif ġie f’idejja
l-ktieb Riflessi, il-ġabra ġdida ta’ poeżija ta’ Charles Casha, il-poeta u
kittieb prolifiku rqajjaq. Mal-ewwel daqqa t’għajn anki lejn il-werrej,
tattakkak mistoqsija mhux faċli, fuq kemm hu faċli li tikteb poeżija wara
s-sittin, mhux biss fis-sens arkitett jew 'ortografiku' tal-kelma. Minix ngħid li dawn
il-poeżiji kitibhom Charles issa. Uħud minnhom jidhru li ilhom li kitbuh huma.
Stampa li tfakkrek fix-xmara ta’ Herakulaitis li tpassi darba waħda biss. Iżda
b’diżubbidjenza kreattiva u tfitxija dejjiema minkejja l-impotenza biex
tirritorna lura lejn is-sors.
Ir-riflessjonijiet ta’ dan il-poeta grixti u
rqajjaq ma jmorrux ’il bogħod mill-istess xtajta tax-xmara riġenerattiva
tal-ħajja, li bilfors saħħritu għal warajha la l-ħoss tal-flawt jinħass
daqshekk fil-vrus tiegħu. F’din il-ġabra forsi jinħass aktar liberu, fejn
il-poeta jimxi wara l-ħsus interni li ma tridx wisq sintonizzazzjoni jew xi
tagħmir speċjali miġjub minn pjaneta oħra biex tiggosta jew tapprezza
t-tonalità bnedmija tagħhom. Naf li Charles inqabad bejn iż-żewġ influssi ta’
ħsejjes, u naf li t-tnejn mhux faċli li ssodd widnejk għal magħhom, iżda bħal
O. Friġġieri, Mario Azzopardi, A. Mizzi, D.Massa, T. Tarcisio Zarb (ma jammettix), Maria GG u diversi oħrajn
mill-ġenerazzjoni li poetikament inqabdet bil-qalziet ta’ taħt imniżżel fuq dak
kollu li nafu fuq poeżija, bir-riżultat li ħafna minn dawn kellhom bilfors
joħloqu l-pulsi u t-tensjonijiet rivoluzzjonarji u mistiċi tagħhom. Forsi
Charles kien wieħed milli ppreferu li jibqgħu tikka oħra fit-transitorju
kreattiv, sakemm jissetiljaw l-affarijiet li donnu nduna fil-fatt li qatt ma
jissetiljaw. Dan kollu jinħass u anki jinxtamm u jintiegħem f’dil-ġabra li anki
mill-werrej tgħidlek għaliex dan il-poeta daqshekk grixti u rqajjaq. Abbli
minħabba li l-passi fermi tiegħu dejjem kienu mużikali.
Walid Nabhan
Kittieb
Nota Personali mingħand
Walid:
Prosit tal-vjaġġ poetiku Charles. Riflessjonijiet tassew kbar u
niffieda.
Sunday, 25 January 2015
Tuesday, 20 January 2015
Subscribe to:
Posts (Atom)




