Friday, 6 June 2014

MUMENTI ta’ Charles Casha, 2013.
Din hija ġabra ta’ 60 poeżija - il-parti l-kbira bil-Malti u ftit bl-Ingliż - mill-pinna ta’ kittieb li nħobbu norbtu l-iktar mal-qasam tan-narrattiva. Ħafna minn dawn il-poeżiji huma qosra u kollha jinqraw bla ebda diffikultà, miktubin kemm b’mudelli metriċi u prosodiċi tradizzjonali (il-kwartina, l-ottonarju, ir-rima mqabbża), kif ukoll b’mudelli aktar moderni bħall-vers ħieles. Dawn ta’ Casha huma versi li jinqraw minn taħt l- ilsien imma jistiednu għall-ġabra u għar-riflessjoni. Permezz tagħhom il-poeta, flimkien mal-qarrej, jinqata’ għal ftit waqtiet mill-għagħa tal-ħajja sfrenata li ngħixu kuljum u jġarrab mumenti ta’ skiet u armonija kemm miegħu nnifsu, kif ukoll mal- ħolqien ta’ madwaru. Jislet ħafna mid-dinja naturali (in-nixxiegħa, il-qamar, ir-riħ, ix- xemx, ix-xtajta ramlija, il-wied) filwaqt li jittratta temi universali bħalma huma t- twemmin, il-mewt, l-imħabba, it-tbatija, u l-poetika nnifisha. Mumenti jixhdu kittieb li tgħallem sewwa s-sengħa tal-kitba, imma anki bniedem matur li wasal biex fehem bosta misteri fil-ħajja tal-bniedem.


Patrick Sammut – Il-Pont – Ġunju 2014


Tuesday, 3 June 2014

Riċensjoni dwar il-Ktieb MUMENTI minn Omar Seguna

L-ewwel ħaġa li laqtitni fil-poeżiji ta’ Casha hija l-maturitá ta’ dan il-kittieb u poeta:  Maturitá fil-kitba u maturitá fil-ħsieb.  Poeta li mexa vjaġġ twil u joffrilna dawn l-esperjenzi flimkien ma’ ħsus ta’ mħabba, xewqat, uġigħ, u fidi.   Kif jistqarr il-poeta stess f’ Li kieku kont (paġna 13): 
“Li kieku nista niġbor
xi wħud mit-tifkiriet
li bihom darba qalbi
b’tant hena, ferħ imtliet.”

Madankollu jħoss li dan biss jista jagħmlu “fil-ħolm li jtir mar-riħ”.  Waqt li bl-ebda mod ma nista’ mmur kontra l-ħsieb tal-poeta, ikolli ma naqbilx u nazzarda ngħid li rnexxielu jiġbor mhux biss it-tifkiriet, u l-ħsus tiegħu imma anke l-ħolm tajjeb ferm permezz ta’ din il-ġabra li għandna f’idejna.  Fil-fatt, dan il-ktieb narah bħala tkomplija għall- awtobijografija li Casha ħareġ fl-istess żmien Jien ukoll għandi storja xi ngħid, din id-darba taħt bixra poetika.
Il-ħajja hija vjaġġ, u dak li jfittex il-poeta huwa s-serħan. Wara kollox il-bniedem ifittex li jkollu l-ferħ f’ħajtu, u dan Casha isibu fil-kwiet, hekk kif jidher fil-poeżija Il-vjaġġ (p.9), fejn jistqarr li dak li jagħmlu verament hieni huwa s-serenitá u t-trankwillitá.  Forsi dan l-għarfien huwa esperjenza aktar matura ta’ bniedem li bħal kull bniedem ieħor iġarrab bosta esperjenzi f’ħajtu.  Dan il-vjaġġ ikun aktar avventuruż meta l-bniedem ikun aktar żagħżugħ fejn toħlom li ma tixrobx imrar u “fejn kollox ward u zahar” hekk kif insibu fil-poeżija Ħriġt (p.10).  Malajr iżda l-poeta jintebah li mhux kullħadd jixtieqlek il-ġid, anzi issib “sriep” b’ħarsa “li tixbah lil tal-ħbieb”.
Il-poeta huwa konxju wkoll li dil-ħajja mhix eterna.  Din it-tema tal-eżistenzjaliżmu hija qawwija ħafna fi Ħsieb ta’ Mument (paġna 16)
“Iż-żejt fil-kus qed jonqos.
M’għadux kif darba kien.
U naf li darba nitlef
Il-ġlieda kontra ż-żmien.”

Casha jirrifletti fuq il-ħajja u l-ħolqien f’diversi vrus oħra.  Jirringrazja lil Ħallieq tal-għasafar u t-tjur (Lilek Mulej) għalkemm waqt li jagħraf is-sbuħija ta’ madwaru dejjem iżomm f’moħħu li xejn ma jiżboq il-ġmiel tal-Ħallieq.  It-tema tal-eżistenzjaliżmu tkompli toħroġ f’diversi poeżiji oħra fosthom Ċrieki, Ħajja Ġdida, Wara biebek Mulej eċċ.

L-element reliġjuż jinħass sew ukoll fil-poeżiji bħal Inkun qed nistenniek (p.4) fejn “f’jum xitwi b’temp imsaħħab” li naturalment tindika t-tbatija li waqtiet bħala bnedmin ikollna ngħaddu minnha, il-poeta jsib serħan fi “knisja ċkejkna mwarrba” u donnu jsib is-serħan quddiem kurċifiss.  Il-ħsieb li l-Mulej insibuh fis-skiet, nerġgħu narawh fil-poeżija Fittixtek (p.8). Lil Alla ma nsibuhx f’dak kollu li hu materjali imma “f’kappella minsija xi mkien qalb l-għelieqi”. 
L-aħħar sitt poeżiji tal-ktieb huma bil-lingwa Ingliża, li bħal dawk bil-Malti l-awtur jagħmel għażla tajba tal-kelma u huma mirqumin kemm fil-ħsieb kif ukoll fil-lingwa.  F’din il-ġabra, minkejja li bħal f’kull bniedem ieħor huwa evidenti li l-poeta mhux dejjem kellu esperjenzi sbieħ, u waqtiet anke ġarrab mumenti ta’ solitudini u tbatija, jiena f’din il-kitba nara wkoll ħafna pożittivitá.  Il-poeta jħares lejn il-ħajja b’mod sabiħ, u mimli tama (Hope), minkejja li ħafna drabi l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħna jispiċċaw fix-xejn (Elf ħolma). 
Charles Casha żgur li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni. Tana numru kbir ta’ kotba (li diffiċli nsemmuhom kollha) bosta minnhom popolari immens, xi wħud anke ngħid li jġibu nostalġija għal dawk minna li meta konna żgħar niftakru li konna nużaw xi wħud minn dawn il-kotba sabiex intejbu l-ħiliet tagħna fil-lingwa bħalma huma Id-Dudu (1981), Il-Ġrajja tad-Dudu (1981), Kun Af (1987), Kemm taf (1987).  Niftakru wkoll is-stejjer qosra umoristiċi għat-tfal fosthom il-famużi stejjer ta’ Fra Mudest, u avventuri għat-tfal bħal Il-Misteru ta’ San Luċjan u aktar riċenti Il-Misteru tal-Maqluba (2001).  Casha huwa rebbieħ ukoll ta’ diversi konkorsi letterarji. 


Omar Seguna – editur lettererarju – L-Orizzont- Paġna Letterarja 31-05-2014

Monday, 31 March 2014

APPREZZAMENT TAL-KTIEB ‘MUMENTI’


Bħal kull poeta ieħor, jiġifieri bniedem, iġarrab is-solitudni, l-uġigħ, id-dilemma, id-diżappunt, il-biżgħat, id-dubji, il-konflitti interjuri u esterjuri, it-trawmiet, ix-xewqat, l-angst eżistenzjali u l-bqija. Imma t-twemmin f’Alla ġentili u suprem, viċin u infinit, elokwenti u sieket, jimlilu lir-ruħu bi trankwillità, serenità u paċi, u dan kollu jwasslu biex jipperċepixxi b’kompassjoni l-fond tal-essenza umana. Huwa jislet manifest poetiku mqanqal xi drabi b'temi soċjo-politiċi u bil-kwalitajiet li jagħmluna bnedmin, xejn aktar minn bnedmin. Kif qal ferm tajjeb Nietzsche. U dan kollu jirnexxilu jwettqu bi bravura kemm stilistika kif ukoll tematika fil-ktieb 'Mumenti'.

Il-poeta Andrew Sciberras fuq Facebook dwar il-poeżiji tiegħi fil-ktieb MUMENTI (2013)

(bil-permess ġentili tal-poeta) 

Saturday, 22 February 2014



PUBBLIKAZZJONIJIET











KOTBA TA’ TAGĦLIM GĦAT-TFAL









1
1973
Matul is-snin
Merlin Library
2
1981
Id-Dudu
North Star Publications
3
1981
Il-Ġrajja tad-Dudu
North Star Publications
4
1982
Il-Kelb ta’ Tanja
North Star Publications
5
1982
In-Nemlu l-Għażżien
North Star Publications
6
1984
Ħalli nara x’fhimt
Merlin Library
7
1987
Kun Af
Merlin Library
8
1987
Kemm Taf
Merlin Library
9
1989
Kif tibni komponiment
Merlin Library
10
1990-1993
25 Test
Merlin Library
11
1994
Naqraw ma’ Reno u Sara
Merlin Library
12
1995
Naqraw ma’ Marjo u Liza
Merlin Library
13
1996
Naqraw ma’ Mark u Tanja
Merlin Library
14
1998
Fawwara
Merlin Library
15
2001
Mid-Djarji ta’ Stefan u Marika
Merlin Library
16
2002
Mid-Djarji ta’ Lara u Robert
Merlin Library
17
2004-2008
Il-Kliem bħaċ-ċirasa
Agius and Agius-AVC
18
2006
Trasport
PIN










DRAMA GĦAT-TFAL





1
1996
Minn Bejn il-Kwinti
PIN










STEJJER QOSRA GĦAT-TFAL





1
2008
Vapuri tal-Karti
Uptrend Publishing










FANTASIJA GĦAT-TFAL





1
2004
Ali Kali – Mammaroka
Merlin Library
2
2004
Pandolino - Galatea
Merlin Library
3
2008
Il-Prinċep u t-Trogloditi
Merlin Library










STEJJER QOSRA UMORISTIĊI GĦAT-TFAL





1
1971-1995-2012
Fra Mudest
Merlin Library
2
1974-1996-
Aktar Praspar ta’ Fra Mudest
Merlin Library
3
1975-1996-2012 (3 ed.miżjuda)
Darbtejn insiru tfal
Klabb Kotba Maltin
4
1977-2002-2012
Mill-Ħorġa ta’ Fra Mudest
Merlin Library
5
1995-2011
Mid-Dinja ta’ Fra Mudest
Merlin Library
6
2002
Pipettu
Klabb Kotba Maltin
7
2007
40 sena Fra Mudest
Merlin Library










AVVENTURA GĦAT-TFAL





1
1975-1989
Is-Salib tad-deheb
Merlin Library
2
1979-1997
Il-Misteru ta’ San Luċjan
Klabb Kotba Maltin
3
1988
Il-Ħalliel tal-Figorini
Bugelli Publications
4
1999
Avventura f’Għar il-Kbir
Merlin Library
5
2000
Ġummienu
Klabb Kotba Maltin
6
2001
Il-Misteru tal-Maqluba
Klabb Kotba Maltin










KOTBA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ





1
1997
Klabb: L-Għaxar Anniversarju
Merlin Library
2
2009
Martina@chat.com
Klabb Kotba Maltin
3
2014
L-Ewwel  darba li ħassejtek
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb










STEJJER QOSRA GĦAL KULĦADD





1
1996-2014
Minn Tarf sa Tarf tat-Triq
Agius and Agius
2
2001-2010
Minn fuq L-Għatba
Klabb Kotba Maltin
3
2007
Mill-Gallarija
Klabb Kotba Maltin














STEJJER QOSRA GĦALL-KBAR





1
1978
Għad-Dawl tal-Lampa

2
2005
Burraxki
Klabb Kotba Maltin
3
2011
rakkontigriżi
Klabb Kotba Maltin














RUMANZI GĦALL-KBAR





1
1968
L-Għalqa fuq l-Għolja

2
1979
Kolin

3
1984
Stefan

4
1987
Is-Seħer tat-Tempju

5
1999
Ktieb għal Amy

6
2004
L-Appartament fir-Raba’ Sular

7
2010
Il-Ktieb ta’ Barabba







AWTOBIJOGRAFIJA





1
2013
Jien ukoll għandi storja xi ngħid
Klabb Kotba Maltin
1
2013
Mumenti -Poeżiji



KONKORS LETTERARJI





1962
Il-Qassis tal-Ingliżi (novella)
Għaqda Kittieba Żgħażagħ
Issemmiet b’Ġieħ
1967-68
Seklu Modern (radjudramm)
Rediffusion Malta
Issemmiet b’Tifħir
1970
L-Istrajk (teledramm)
Grupp Awturi u Indesit
Issemma b’Tifħir
1979
Il-Bejjiegħ tal-Karawett (novella)
Grupp Awturi
It-Tieni Premju
2007
Fittixt lil Alla (poeżija)
Għaqda Poeti Maltin
Issemmiet b’Ġieħ
2009
Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem (novella)
Gazzetta It-Torċa u l-Klabb Kotba Maltin
It-Tieni Premju
2009
Li kieku nista’ (poeżija)
Gazzetta It-Torċa u l-Klabb Kotba Maltin
It-Tielet Premju
2013
L-Ewwel Darba li Ħassejtek (rumanz għall-Adolexxenti)
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ
L-Ewwel Premju










PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB





1998
Klabb: L-Għaxar Anniversarju
Kotba għat-Tfal
L-Ewwel Premju
2001
Ġummienu
Kotba għat-Tfal
L-Ewwel Premju
2004
L-Appartament fir-Raba’ Sular
Rumanzi u Stejjer Qosra
It-Tieni Premju
2006
Trasport
Proża għat-Tfal
It-Tieni Premju
2009
Il-Prinċep u t-Trogloditi
Proża għat-Tfal
L-Ewwel Premju