Monday 3 September 2018


TROFEW AGATHA BARBARA 
KUNSILL ĊIVIKU ĦAŻ-ŻABBAR




Nhar is-sibt 1 ta' Settembru, 2018, il-Kunsill Ċiviku ta' Ħaż-Żabbar, għoġbu jonorani bit-TROFEW AGATHA BARBARA, bħala rikonoxximent tal-ħidma tiegħi letterarja u f'għeluq il-50 sena mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb tiegħi: L-Għalqa fuq il-Għolja (1968).


Kull awtur ma jiktibx għalih innifsu imma biex jaqsam il-ħsibijiet u l-ideat tiegħu mal-oħrajn. Għalhekk kull apprezzament li jirċievi, ikun minn fejn ikun, huwa sodisfazzjon kbir għalih.

Ħaġa li tant taffaxxinani fil-kitba hija li permezz tal-kotba ( jew kitba ppubblikata taħt xi forma jew oħra ) l-awtur ikun qiegħed jikkomunika ma' tant u tant nies, ħafna drabi bla ma jaf min huma. 

Matul dawn l-aħħar ħamsin sena mill-ewwel pubblikazzjoni, il-kitba tatni sodisfazzjon kbir f'ħajti u daħħlitni f'dinjiet oħrajn mfassla minn realtà, immaġinazzjoni u ideat. 

Il-kitba ħaditni tant 'il bogħod mill-qafas li ngħix fih u thennini meta niftakar li warajja se nħalli tant u tant karattri li ħloqt, li Nittama jibqgħu ħajjin. Għalhekk din hi t-tama tiegħi!
Kull ktieb huwa bħal tarbija li meta titwieled iġġib magħha ferħ kbir fil-ħajja, u wara ssir parti minn familja li dejjem tikber u tinfirex, mżejna b'tant karattri differenti, li lkoll b'xi mod jew b'ieħor għandhom rabta mal-awtur li ħoloqhom. 

ch.
3 ta' Settembru, 2018


No comments:

Post a Comment