Monday 25 January 2021

Il-Professur Manwel Mifsud dwar Fra Mudest (f’għeluq l-40 sena)


Tul 40 sena li fihom id-dinja nbidlet bis-sħiħ, kull awtorità ddaħħlet fi kriżi, u l-fehmiet u l-gosti tal-Maltin inqalbu ta’ taħt fuq, Fra Mudest bil-karattru ferrieħi, b’dik id-daħka simpatika tiegħu, baqa’ jmiss qlub il-qarrejja, baqa’ jilħaq dik ir-rokna f’qalbhom li – minkejja kollox – tixtieq is-sempliċità, il-ġenwinità. Baqa’ xhieda ta’ kontinwità u punt ta’ riferiment iktar importanti milli naħsbu. 

Ittra mingħand il-mibki Prof. Oliver Friġġieri, f’għeluq il-50 sena tal-Fra.

‘inti  wellidt  karattru  li  llum  sar  famuz  u  emblematiku,  u  li  nistħajlu,  bħal  Pinocchio,  jimpika  miegħek.  Għandek  tassew  għalfejn  tkun  hieni  u  kburi  li  rnexxielek  tul  dawn  is-snin  kollha  twelled  u  tagħti  lill-poplu  Malti  karattru  li  hu,  daqskemm  ma  huwiex,  tat-tfal.  
Persuna interġenerazzjoali li kiber ma ’ġenerazzjonijiet sħaħ.  
Fil-persunaġġ  tiegħek  nara   Malti  medju  oriġinali,  li  jdaħħak  u  ma  jifraħx  dejjem,  u  li  taħt  l-inġenwità  tiegħu  irnexxielek  tinserixxi  moħħ  matur  u  qalb  intensa.  F'dan  id-dawl  fil-persunaġġ  tiegħek  hemm  xi  ħadd  li  hu  u  ma  hux  'modest'.  Irnexxielek  toħloq  suċċessur  modern  ta'  karattru  klassiku,  bħal  Ġaħan,  imma  li  hu  wisq  aktar   kumpless  u  paradossali  minn  Ġaħan.’

Silta minn artiklu miktub mill-Prof. Ġorg Mallia fil-ħarġa speċjali dwar Fra Mudest (40 sena Fra Mudest) 2007

‘Nemmen ukoll li ma’ Fra Mudest qegħdin nikkommemoraw  it-twelid tal-letteratura moderna għat-tfal Maltin, għax il-ħolqien ta’ wieħed hu mżewweġ mal-bidu tal-oħra.’

No comments:

Post a Comment