Tuesday 28 August 2012

40 sena flimkien.


Din is-sena jekk Alla jrid, jiena u l-mara tiegħi Mary nagħlqu 40 sena miżżewġin. Ftit ilu kont qed nitkellem ma' ħabib u d-diskors waqa' fuq dan is-suġġett. U dan, b'nofs tbissima qalli:
"Isa ħej! Dan kif irnexxielkom tibqgħu flimkien daqshekk!" Kien qed jiċċajta.
Imma dwar dan nixtieq ngħid xi ħaġa għax bħalna hawn ħafna u żgur li m'aħniex l-eċċezzjoni. 
Waħda mill-ħwejjeġ sbieħ li jagħmlu żwieġ b'saħħtu hija li taqsam kollox - mingħajr egoiżmu - tagħti u mhux tieħu. 

1 comment:

  1. Kemm hu veru li l isbah ezempji jinsabu fil kwiet tal hajja ta kuljum, u fi hdan l-istorbju tan negattivita, kritika distruttiva u l-qtigh il qalb hemm dejjem hafna fjammi zghar ta esperjenzi ta tama li flimkien idawwlu hajjitna!

    grazzi tal hsieb...u ta l ezempju!!!

    ReplyDelete